F'Malta, ċentru ta' eċċellenza għall-kirurgi

Il-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne iħabbar proġett ta' ċentru tal-eżamijiet tal-kirurgi mir-Royal College of Surgeons of Ireland

Il-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne ħabbar li mill-bidu ta' Jannar li ġej, f'Malta se jkun qed jiftaħ ċentru tal-eżamijiet tal-kirurgi mir-Royal College of Surgeons of Ireland.

Dan iċ-ċentru se jkun qed joffri korsijiet għall-kirurgi u l-ispeċjalisti f'Malta. Il-Ministru Fearne qal li dan iċ-ċentru ilu jiġi mfittex sabiex jiftaħ f'pajjiżna għal żmien twil u qal li dan kien ilu sa minn żmien meta Louis Galea kien il-ministru responsabbli mis-saħħa.

More in Politika