Minkejja kull mistenni wara l-vot BREXIT … tikber l-ekonomija Ingliża

Fit-tliet xhur ta’ wara l-vot BREXIT l-ekonomija Ingliża tikber b’ 0.5%

Fit tliet xhur ta’ wara l-BREXIT l-ekonomija Ingliża tiżdied b’ 0.5%
Fit tliet xhur ta’ wara l-BREXIT l-ekonomija Ingliża tiżdied b’ 0.5%

Minkejja kull mistenni u previżjonijiet negattivi dwar l-effetti tal-vot Brexit fuq l-ekonomija Ingliża, illum stess ġie mħabbar li l-ekonomija Ingliża kibret b’ 0.5%. L-informazzjoni maħruġa mill-Uffiċju Nazzjonali tal-Istatistika tar-Renju Unit turi infatti tkabbir fis-settur tas-servizzi, li għamel tajjeb għat-tnaqqis li fis-setturi tal-manifattura u l-agrikultura li l-pajjiż esperjenza f’dawn l-aħħar xhur.

Il-figuri għall-perjodu bejn Lulju u Settembru kienu inqas mit-tkabbir ta’ 0.7% li l-pajjiż kellu fil-bidu tas-sena, qabel mal-maġġoranza tal-elettorat ivvota għat-tluq mill-Unjoni Ewropeja.

Minkejja dan, huwa ħafna aħjar mit-tbassir negattiv ta’ 0.2% li kien għamel il-bank tal-Ingilterra xahar ilu.

It-tkabbir ta’ 0.5%, li kien aktar minn dak mistenni, seħħ fis-settur tas-servizzi, li jammonta għal 78% tal-ekonomija tal-pajjiż. Dan għamel tajjeb għat tnaqqis ta’ 1.4% li esperjenza s-settur tal-kostruzzjoni, 1% mill-manifattura u 0.4% mill-agrikultura.

Il-Kanċellier Philip Hammond qal li li l-ekonomija Ingliża tibqa’ b’saħħitha fid-dawl tal-isfidi li qed taffaċja bin-negozjati ġodda li l-pajjiż qed jagħmel mal-UE, iżda r-relazzjonijiet tajbin li l-pajjiż għandu mall-bqija tad-dinja ipoġġu l-Ingilterra f’pożizzjoni vantaġġjuża.

Kien hemm ukoll reazzjonijiet differenti minn numru kbir ta’ negozji madwar il-pajjiż, li saħqu li filwaqt dawn il-figuri huma inkuraġġanti, il-pajjiż għandu bżonn aġenda u pjanijiet ambizzjużi sabiex tikber il-produttività f’kull settur tal-ekonomija.

More in Politika