Gvern għaddej bit-‘TURBO’ minflok is-‘SLOW MOTION’ li jrid il-PN…
“Id-differenza fil-mentalità u l-aġir taż-żewġ naħat…bejn min jitkellem u min jaġixxi” – Joseph Muscat
More in Politika
“Id-differenza fil-mentalità u l-aġir taż-żewġ naħat…bejn min jitkellem u min jaġixxi” – Joseph Muscat
Il-Prim Ministru u kap tal-Partit Laburista Joseph Muscat dalgħodu indirizza l-partitarji fiċ-ċentru Laburista ta’ Ħaż-Żebbuġ
“Il-bidla hija l-essenza tar-raġuni għaliex il-popli fdalna t-tmun ta’ dan il-pajjiż. Il-bidla qatt ma hija faċli, imma xogħolna huwa li nagħmluha tidher faċli”
Hekk fetaħ id-diskors tiegħu Joseph Muscat, hekk kif spjega l-bidla hija l-essenza li għaliha l-Partit Laburista ingħata l-mandat, sabiex jagħmel bidliet fil-qasam tal-ambjent u f’sitwazzjonijiet fejn wieħed dejjem isib mediċini l-isptar, fost affarijiet u bidliet żgħar li ta’ qabilhom ma’ kienux kapaċi jagħmlu.
Fost affarijiet oħrajn, inkluż kwistjonijiet ta’ housing u regolarizazzjoni tal-proprejtà, Muscat iddiskuta li d-differenza bejn iż-żewġ naħat hija li l-PN iridu l-pajjiż jibqa’ għaddej bl-“islow motion” u ma jsirux deċiżżjonijiet, Gvern laburista għaddej bit-“turbo” għax ma jieqafx jaħdem għall-poplu u jagħmel tibdil, żgħar jew kbar li iżda kollha ta’ benefiċju għall-poplu.
Muscat semma kif il-pipeline tal-gass kien proġett li seta’ sar f’nofs is-snin 2000, li iżda raqad u minfloku ħa preferenza l-proġett tal-interconnector, bis-suġġeriment li l-ħasil tal-ħwejjeġ jibda jsir bil-lejl. Minkejja kollox, meta tela’ l-Partit Laburista fil-gvern, lanqas permessi ma sab għal dan l-interconnector u flimkien mal-proġett tal-LNG, ħa ħsieb li jitlesta u jibda jaħdem l-interconnector ukoll.
Muscat semma kif ilbieraħ bdiet id-diskussjoni fuq il-paga minima. "Dan il-Gvern ma qgħadx jinħeba wara subajgħ kif għamel il-Gvern l-ieħor," qal Muscat, "aħna il-minimum wage żidniha b’€4, sa €9 u f’każijiet €15 fil-ġimgħa"
Muscat saħaq kif dan il-Gvern ta sinjal ċar li qed iżidu l-minimum wage, għax jemmnu li l-minimum wage mhux bizzejjed kif inhi għax kieku ma kienux jagħmlu dawn l-affarijiet. Huwa qal li ħa pjaċir li kien hemm numru ta’ Għaqdiet li qed jaqblu li għandha tiżdied il-paga minima. "Aħna rridu nitkellmu u naraw iż-żewġ naħat tal-argument imma fl-aħħar mill-aħħar dan il-Gvern se jkun qed jiddeċiedi," saħaq Joseph Muscat.
Il-Prim Ministru spjega kif dan huwa l-ewwel Gvern fid-dinja li ma jintaxxax pensjoni tal-Gvern sa dħul ta’ €13,000, u allura dan ma kienx baġit li jaħseb fil-klassi tan-nofs, filwaqt li sostna li f‘dan il-baġit il-gvern haseb ukoll fil-middle class, fiż-żgħażagħ li qed jixtru l-ewwel propjetà, qed tingħata għajnuna sa €100,000 biex ikunu restawrati postijiet qodma, għajnuna addizzjonali għal min jixtri post f’Għawdex, għajnuna fit-tranżazzjonijiet tan-negozji, fejn se jingħata ċans ta’ sena biex minflok taxxa tat-trasferiment ta’ 5% titħallas taxxa ta’ 1.5%.
Qabel id-diskors ta’ Joseph Muscat, tkellmet Deborah Schembri, li saħqet kif dan huwa gvern li jagħti sodisfazzjon u tama lill-poplu; serħan tal-moħħ għax huwa Gvern b’viżjoni. Schembri temmet li fl-ambitu ta’ baġit, dan kien wieħed minn sensiela ta’ baġits ta’ suċċess li saru b’viżjoni fit-tul, ħsieb u pjanar bilgħaqal.
Schembri tkellmet fuq id-diskorsi tal-baġit li għamlu l-Prim Ministru u l-kap tal-Oppożizzjoni. Hija faħħret id-diskors pożittiv ta’ Muscat, b’kuntrast man-negattività ta’ Busuttil li pinġa stampa kerha ta’ kollox u ried jieħu kreditu ta’ dak kollhu li sar tajjeb f’dawn l-aħħar snin, meta l-istess affarijiet ma sarux taħt Gvernijiet Nazzjonalisti tul is-snin tal-leġiżlaturi tagħhom.
Schembri temmet tgħid li ma tistax tifhem kif Busuttil jibqa’ bil-mentalità u l-attitudni li ma jaghrafx it-tajjeb u jibqa’ jsostni li kollox sejjer ħażin u ma jammettic li filwaqt mhux kollox perfett, dak li hu tajjeb għandu jiġi rikonoxxut.