Parti mill-Master Plan ta’ Paceville, propost mill-kumpanija Mott Macdonald, jinkludi mina twila 732 metru taħt Triq Reġjonali li weħidha biss se tiswa €32 miljun. Minkejja dan il-proġett miljunarju, rapport preżentat minn Mott Macdonald stess, jindika li f’ċertu ħinijiet tal-ġurnata li fihom ikun hemm l-aktar traffiku, il-mina xorta mhux se tkun biżżejjed biex it-traffiku ma’ jeħilx.
Dan minħabba l-ammont kbir ta’ traffiku li se jiżdied lejn u minn paceville jekk il-proġett biex jinbnew numru ta’ binjiet għoljin iseħħ. Infatti studji jindikaw li l-iżvilupp ta’ Paceville se jġib miegħu żieda ta’ mhux inqas minn 1,757 vjaġġ bil-karozzi fil-ħinijiet ta’ wara nofsinhar biss.
Filwaqt li bħalissa Triq Reġjonali diġà għandha problema ta’ kongestjoni tat-traffiku, l-iżvilupp f’Paceville se jżid dan b’mod konsiderevoli u l-unika soluzzjoni biex il-problema tittaffa, għalkemm mhux tissolva, tkun din il-mina minn taħt it-triq.