Minkejja d-diżillużjoni li teżisti fost settur ta' votanti Laburisti l-aħħar stħarriġ tal-gazzetta Maltatoday juri illi dan id-'dwejjaq' elettorali mhux qed jirriżulta f'voti lejn il-partiti ż-żgħar. Fil-fatt kemm l-Altenattiva Demokratika kif ukoll mil-Partit Demokratiku qed jiksbu l-appoġġ tagħhom minn votanti tradizzjonalment Nazzjonalisti.
L-AD, l-aktar b'saħħitha f'lokalitajiet ħal Tas Sliema u Ħ'Attard, it-tnejn lokalitajiet predominentament Nazzjonalisti, tikseb 2.9% tal-vti Nazzjonalisti fl-2013 kieku kellha ssir elezzjoni illum u 2.4% ta' dawk il-voti li marru għandil-PN fl-2008. Il-PD, immexxi minn Marlene Farrugia, jikseb 1.5% tal-voti Nazzjonalisti fl-2013 u 2.4% minn dawk li vvutaw lill-PN fl-2008.
Dan jikkonferma riżultati ta' stħarriġ preċdenti li juru kif il-partiti ż-żgħar dejjem kienu aktar attraenti għal votanti nazzjonalisti. Fil-fatt, il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil, anke f'intervista mal-gazzetta ILLUM kien indika li l-PN għaddej b'diskussjonijiet ma' Farrugia biex ikun hemm xi forma ta' koalizzjoni. Mal-ILLUM Busuttil iżda kien għamilha ċara li hu mhux se jkun qiegħed jagħmel ftehim pre-elettorali li jorbtu jagħti kariga lil Marlene Farrugia qabel l-elezzjoni.