56 Uffiċjal tal-Pulizija fetħu proċeduri ġudizzjarji kontra l-Kummissarju tal-Pulizija dwar overtime li għadu ma tħallasx għal siegħat li ħadmu fiċ-CHOGM u fis-Summit tal-Immgrazzjoni tal-2015.
L-uffiċjali argumentaw li huma ħadmu ħafna iktar siegħat mis-46 siegħa li normalment jaħdmu kull ġimgħa u li gal dawn is-siegħat għadhom ma ħadu xejn fi ħlas. Dan minkejja li huma kienu ilhom jibgħatu talbiet għal dawn il-flus.
Numru ta' pulizija qegħdin, saħansitra, jgħidu li għandhom jieħdu sa €2,000 għas-siegħat li ħadmu għalihom, bir-rabja tkompli tikber fost dawn is-56 membru tal-Korp, hekk kif kien mħabbar illi dawk taħt il-pożizzjoni ta' Spettur kienu se jieħdu l-ammont dovut lilhom. Minkejja dan huma baqgħu fil-għama dwar dak dovut lilhom.
Huwa mifhm li hemm mal-500 siegħa f'overtime mhux imħallas li għad irid ikun mħallas, bl-ammont totali ta' overtime jingħad li laħħaq mas-€70,000.
L-Avukat Robert Abela iffirma l-applikazzjoni.