Il-fotografu wara l-aktar mumenti storiċi ta' pajjiżna jmut

Lino Arrigo Azzopardi jmut fl-età ta' 77 sena

Titħabbar il-mewt ta' Lino Arrigo Azzopardi
Titħabbar il-mewt ta' Lino Arrigo Azzopardi

Lino Arrigo Azzopardi, fotografu magħruf sfortumatament mhux se jkun qed jara s-sena 2017 tibda hekk kif, dalgħodu, tħabbret il-mewt tiegħu. Arrigo Azzopardi ħadem mad-Dipartiment tal-Informazzjoni bejn l-1958 u l-1983, meta kien wara uħud mill-aktar mumenti memorabbli fl-istorja ta' pajjiżna, bħad-dikjarazzjoni tal-Indipendenza, il-ħatra ta' Sir Anthony Mamo bħala l-ewwel President tar-Repubblika u l-mixgħela tal-Ħelsien nhar Jum il-Ħelsien fil-Birgu.

Lino Arrigo Azzopardi serva wkoll bħala l-fotografu uffiċċjali tal-Presidenti Ugo Mifsud Bonnici, Guido de Marco u Eddie Fenech Adami. Hu kien involut u weġġa serjament f'aċċident tat-traffiku, meta trakk baqa' dieħel fil-karozza tal-eks President Guido De Marco fl-2001. 

 



 

More in Politika