Minn nhar il-Ħadd li pej se tidħol fis-seħħ liġi mħabbra mill-Gvern fl-aħħar baġit li jipprojbixxi t-tipjip fil-karozzi fil-preżenza tat-tfal. Il-miżura, li kienet żvelata l-ewwel fuq il-gazzetta ILLUM, intlaqgġet b'mod pożittiv mill-pubbliku in ġenerali u kull min jinqabad ipejjep fil-karozza se jkun qed jeħel multa ta' €50. Mhux biss is-sewwieq imma anke l-passiġġier jista' jeħel it-tali multa.
Il-Ministeru tas-Saħħa fakkar kif din il-liġi tgħodd f'każi fejn it-tfal għandhom inqas minn 16-il sena u għandha l-għan li tiġġieled it-tipjip passiv, li jsofru minnu nies li jkunu fil-preżenza ta' adult li qed ipejjep, inkluż tfal.