Għada l-aħħar jum tas-sena 2016. L-ILLUM se tkun ippubblikata għada minflok il-Ħadd u fiha se tkunu tistgħu taqraw analiżi interessanti ta' min, matul l-2016 tela' l-iskaluni tal-popolarità u min ħa tisbita 'l isfel. Fuq il-gazzetta ta' għada nagħtu ħarsa pjuttost leġġera, imma niggieża, (u b'laqta gastronomika) lejn it-tliet kwistjonijiet politiċi li tappnu ħidmet il-Gvern matul l-2016.
Inħarsu wkoll lejn it-tieni parti tas-sena skont il-faċċati tal-ILLUM, l-aħjar 10 karikaturi tas-sena li dehru fuq l-istess gazzetta kif ukoll l-aħjar 25 kwotazzjoni mill-50 intervista li deheru fuq l-ILLUM.
Intant għada wkoll tistgħu taqraw dwar uħud mill-aqwa films ta' kull ġeneru li mistennijin joħorġu fl-2017.