Il-Partit ta' Marlene jakkuża lill-Gvern li sallab lill-familji bil-4ċ żieda fil-fjuwil

Il-Partit Demokratiku jħeġġeġ lill-Gvern biex jorganizza konferenza illi matulha jwieġeb mistoqsijiet dwar iż-żieda fil-prezz tal-fjuwil, mħabbra lbieraħ

Il-Partit Demokratiku li tmexxi Marlene Farrugia akkuża lill-Gvern illi qed isallab lin-nies, l-għada li tħabbret żeda ta' 4ċ fil-fjuwil. Il-Partit Demokratiku ifakkar illi meta l-prezz taż-żejt mess il-qiegħ, 'il-Gvern żamm idejh milli jgħaddi dan it-traħħis lill-poplu u lill-industrija għax qal li jrid iżomm l-istabilita' fil-prezzijiet. Hekk kif iċ-ċaqlieq fil-valur tad-dollaru u fil-prezz taż-żejt irkupra biċċa żgħira mill-ħafna li kien il-valur tiegħu bħal lum tlett snin, il-Gvern kien pront tefa' l-piz fuq il-familji u n-negozji tagħna.'

Il-Partit Demokratiku jistenna li bħalma saret konferenza stampa bil-pompi kollha meta l-fuels traħħsu 2ċ żmien ilu, hekk issir konferenza stampa issa flimkien ma stqarrija Parlamentari, li fihom il-poplu jingħata t-tweġibiet kollha għall-mistoqsijiet li qed tqajjem it-tmexxija mgerrfxa, fjakka u opaka ta' dan is-settur.

 

More in Politika