Il-Prim Minstru u Mexxej Laburista Joseph Muscat dalgħodu ddeskriva l-proġett tal-qalba tal-Power Station għall-gass bħala ‘l-proġett li qed ibiddel wiċċ il-pajjiż, minkejja l-isfidi li sibna.’ Għall-approvazzjoni tan-nies preżenti Muscat fakkae kif din il-ġimgħa il-Kummissjoni Ewropea tat ċertifikat li l-kuntratti li saru għall-Power Station, huma kolla ‘in order’ u ‘kif wegħdna fil-ġimgħat li ġejjin se nippublikaw il-kuntratti relatati ma’ dan il-proġett. B’hekk se nkunu l-ewwel Gvern li jippublika l-kuntratti kollha maġġuri li għamel.’
‘Ara l-kuntratt tal-Lottu pubbliku,’ kompla jgħid Muscat breferenza għal privatiżazzjoni li saret taħt Gvern Nazzjonalista, ‘ma nistgħux narawh u jekk xi darba din il-kumapnija ma tibqax responsabbli għall-lottu xorta ma jistax jippublikah, ma jista jippublikah qatt. Ma nistgħux nippublikaw il-kuntratt li bih l-Enemalta ipprivatizzat iċ-ċilidri tal-gass.’ Dwar dan Muscat, dwar din il-kwistjoni temm jgħid li, ‘ħaddieħor jippriedka t-trasparenza, aħna nwettquha.’
Muscat li hu kburi bil-poplu u li qiegħed fit-tmun ta’ pajjiż li sar sinonimu mal-kelma ‘bidla’, li Muscat qal illi l-poplu qed iħoss. Huwa semma l-qasam tax-xogħol, iż-żieda fil-pensjonijiet, l-għajnuna lil nies bir-relief u li xorta qed jibqa’ jirievi l-benefiċċju fl-ewwel tliet snin tax-xogħol, iċ-child care b’xejn, il-fatt li ssolviet il-problema ta’ mediċini out-of-stock, l-inċentiva għal First Time Buyers, il-qalba għall-gass fil-Power Station u tnaqqis fit-taxxa.
Muscat fakkar illi kien dan il-Gvern li ta’ d-dritt lill-Pulizija li jissieħbu f’unjin u r-riforma fil-ħinijiet li jistgħu jiftħu l-ħwienet, li fakkar illi se tfisser illi t-taħwid ta’ min u kif jista’ jiftaħ, issa se jieqaf. Fakkar illi ir-riforma qed titlob li l-ħaddiema f’dawn il-każijiet ma jistgħux ikunu sfurzati jaħdmu iktar mis-siegħat stipulati fil-liġi. Fakkar ukoll li dan il-Gvern beda l-bidla fil-liġi tax-xorb u s-sewqan, illi minkejja oppożizzjoni, Muscat saħaq li l-Gvern ma setax jibqa’ jinjora.
F’dan is-sens huwa ħabbar illi issa l-Gvern se jkun qed jibsa riforma biex it-trasport ikun affordabbli. ‘Nitilfu l-voti? Ma jimpurtax l-aqwa li ma nitilfux aktar ħajjiet,’ saħaq Muscat meta kien qed jitkellem f’Wied il-Għajn dalgħodu.
‘Dan il-pajjiż qiegħed jaqbad il-potenzjal tiegħu, aħna l-iżgħar fl-Ewropa, imma qed nimmiraw li nkunu l-aqwa fl-Ewropa,’ temm jgħid Muscat.