Jibdew id-diskussjonijiet għall-Malta Summit li se jsir fi Frar

Muscat jiltaqa' ma' Tusk fi Brussell, fejn bdiet il-ħidma dwar il-Presidenza Maltija tal-Kunsill Ewropew

Il-Prim Ministru Malti mal-President tal-KE Donald Tusk
Il-Prim Ministru Malti mal-President tal-KE Donald Tusk

l-Prim Ministru Joseph Muscat dalgħodu kellu laqgħa mal-President tal-Kunsill Ewropew Donald Tusk fil-bini tal-Kunsill Ewropew fi Brussell. Il-laqgħa ffukat fuq il-preparamenti għall-Malta Summit li se jsir fi Frar li ġej f’Malta. Ġew diskussi wkoll temi kurrenti b’mod partikolari dwar l-immigrazzjoni u Brexit. Preżenti għal-laqgħa kien hemm id-Deputat Prim Ministru Louis Grech, il-Ministru tal-Affarijiet Barranin George W. Vella u s-Segretarju Parlamentari għall-Presidenza UE u għall-Fondi Ewropej Ian Borg

Intant ilbieraħ infetaħ is-siparju fuq il-Presidenza Maltija fi Brussell, b'kunċert li għalih attendew bosta dinjitarji u mexxejja Ewropej u li matulu dawk preżenti segwew lit-Tenur Malti Joseph Calleja. 

More in Politika