F'dagħdigħa ta stqarrijiet u kontro-stqarrijiet li għaddejjin bħalissa bejn il-Partit Nazzjonalista u l-Partit Laburista, b'tgħajjir u ħafna catch phrases "ħelwin", bħal 'get a life' jew 'be my guest', il-PN ħareġ jakkuża lill-Partit Laburista u preċiżament lil Muscat b'mibgħeda. 'Jekk hemm raġuni għaliex il-poplu Malti għandu jibdel il-Gvern fl-elezzjoni li ġejja,' qal il-PN, 'hija sabiex iwaqqaf il-gideb, il-firda u l-mibgħeda li reġa’ daħħal il-Gvern ta’ Joseph Muscat fil-pajjiż.'
Ironikament il-kelma mibgħeda diġa ntużat mill-Partit Laburista fi stqarrija oħra li ħarġet nhar il-Ħadd li għadda f'referenza ċara għall-każ ta' Salvu Mallia.
Il-PN kien qed jirreferi għall-każ ta' Jason Azzopardi u l-każ tal-Lowenbrau u kien qed jirreaġixxi għall-stqarrija li ħarġet iktar kmieni mill-PL. Il-PL allega li mhux vera li l-ħlas dovut lil Żaren mill-PN.
Il-Pn minn naħa tiegħu sostna li l-PL għandu 'jieqaf jigdeb jifred u jiżra l-mibgħeda u jibda jġib ruħu ta’ partit fil-Gvern.'
.