Mifsud Bonnici: 'Il-problema ta' kirjiet għoljin hija waħda serja ħafna'

...Is-Deputat Nazzjonalista jgħid illi qed jiltaqa' ma każi fejn nies jgħaddu 60% tad-dħul tagħhom biex iħallsu l-kera

Carmelo Mifsud Bonnici
Carmelo Mifsud Bonnici

Is-sitwazzjoni tal-prezzijiet tal-kirjiet 'laħqet punt serju ħafna u qed twassal biex tant tkun ħażina s-sitwazzjoni ta ċerti nies li jibdew jitilfu l-fisuċja fil-politika.'  Hekk sostna d-Deputat Nazzjonalista u l-eks Ministru Carm Mifsud Bonnici meta ilejla kien qed jitkellem fil-Parlament dwar is-suġġett. 

Mifsud Bonnici, li twieled u għex fil-Kottonera, sostna illi għall-ewwel darba fil-karriera politika tiegħu qed jesperjenza nies li qed jitlfu l-fiduċja fil-politika u fakkar kif bosta  nies qed ikollhom jerġgħu jmorru jgħixu mal-ġenituri, sforz il-problema ta' prezzijiet tal-kirjiet għoljin. F'ħafna każi, kompla jgħid Mifsud Bonnici, bosta nies qed jispiċċaw joħorġu 60% tal-qliegħ tagħhom biex iħallsu l-kirja. 

Id-Deputat Nazzjonalista semma fost l-oħrajn il-bejgħ tal-passaport u taxxa fuq il-kirjiet bħala uħud mir-raġunijiet għal kirjiet li qegħdin dejjem jogħlew. 



 

More in Politika