Il-Prim Ministru Ingliż se jkollha tmur fil-Parlament u titlob vot dwar il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea (UE) hekk kif il-Gvern Ingliż għadu kif tilef kawża l-Qorti biex il-Gvern ikun jista jinvoka Artiklu 50 mingħajr il-bżonn li tmur il-Parlament. Din is-sentenza tal-Qorti Suprema Ingliża ma tfissirx illi l-proċessi tal-Brexit se jkunu qed jieqfu, imma li May ma tistax tinvoka dan it-trattat, qabel vot Parlamentari. Naturalment, dan kollu issa se jkun deċiż skont il-voti fil-Parlament Ingliż.
Intant huwa mistenni li l-abbozz li jinvoka dan it-trattat ikun żvelat il-ġimgħa d-dieħla hekk kif politiċi tan-Naħa ta' Fuq tal-Irlanda qed jippreparaw biex jimblukkaw il-Brexit.