Anthony Attard, huwa l-unika persuna li tefgħet isimha f'elezzjoni każwali li se ssir biex tieħu post l-avukat Joseph Attard, Kunsillier u Minority Leader tal-PN fil-lokalità tax-Xagħra fejn il-Partit Laburista għandu l-maġġoranza.
Kienet il-gazzetta ILLUM ta' nhar il-Ħadd li għadda illi żvelat kif Attard offra r-riżenja tiegħu minn Kunsillier, minn Kandidat u anke minn membru tal-PN, hekk kif ingħata impjieg li ngħata mill-Ministeru t'Għawdex. F'kummenti ma' dan is-sit Attard sostna illi l-ħajja mimlija għażliet u hu għażel il-karriera fuq il-politika.