Il-qasam tas-Saħħa jidher li huwa l-aktar settur fiċ-Ċivil illi qed jassorbi nies. Fil-fatt, skont ċifri maħruġin mill-Prim Ministru Joseph Muscat ilejla fil-Parlament, fl-2015 biss kien hemm kważi 290-il persuna, 287 biex inkunu preċiżi, illi sabu impjieg fil-qasam tas-saħħa. Dan in-numru, primarjament, jinqasam f'żewġ gruppi. Fl-2015 kien hemm b'kollox 159 infermier impjegat fl-Isptarijiet u ċentri tas-saħħa tal-Gvern, filwaqt li ġew impjegati128 professjonist fil-qsam tas-saħħa.
Fost l-oqma li l-aktar li ddaħħlu jaħdmu persuni mal-Gvern fl-2015 kien fl-edukazzjoni b'76 Supply Learning Support Assistants, 96-il għalliem u 40 Kindergarten Assistant.Qasam ieħor huwa fl-Intern u Sigurtà b'116-il kuntistabbli tal-Pulizija li ġew impejati fl-2015, 40 fl-Assistenza u Salvataġġ u 64 uffiċjal fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin.
Muscatkien qed iwieġeb Mistoqsija Parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Claudio Grech.