Wara ħames snin ta' battalji legali Karen Mercieca, kienet rilaxxata u meħlusa minn kull akkuża diretta lejha, li bħala Learning Support Assistant abbużat minn studenta bi bżonnijiet speċjali.
Il-Qorti kienet diġa sabet lil Mercieca mhux ħatja tal-akkużi miġjubin kontriha fil-konfront tat-tifla ta' 11-il sena, f'Novembru 2015. Dan wara illi sabet illi x-xhieda tat-tifla ma kinitx konsistenti. Minkejja din is-sentenza l-każ mar quddiem il-Qorti tal-Appell, bid-deċiżjoni posposta fl-aħħar tas-sena li għaddiet għal-lum .
Il-Pulizija bdiet investigazzjoni fl-2011 wara li t-tifla inkwistjoni kienet allegat illi Mercieca kienet missitha b'mod indiċenti. Il-Malta Union of Teachers (MUT) esprimiet u qalet illi se tkun qed tfittex li tirijintegra lil Mercieca fis-sistema filwaqt li titlob kumpens xieraq għal perjodu ta' ħames snin li l-persuna ma' baqgħetx fl-impjieg tagħha.