'Jien mhux maħmuġ ... ara Muscat għandu l-akbar skandli mċappsin m'ismu'

Simon Busuttil jgħid illi hu ottimist li l-PN se jirbaħ l-elezzjoni li jmiss għax dak li mhux aċċettabbli għalih, mhu aċettabbli għal ħadd

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil
Il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil

Meta kien qed jitkellem waqt il-programm Iswed fuq l-Abjad fuq l-istazzjon Net TV il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil saħaq illi l-PM Joseph Muscat qata' qalbu li jiddefendi lilu nnifsu mill-iskandli u minflok qed jitfa' kemm jiflaħ tajn biex, kompla jgħid Busuttil, titħammeġ il-politika. Busuttil fakkar illi hu ilu 13-il sena fil-politika u 'jien ma kienx hemm skandlu wieħed ma ismi, Muscat għandu l-akbar skandli mċappsin ma' ismu.' 

'Jekk m'għandekx fiduċja tan-nies, mela m'għandek xejn,' saħaq Busuttil illi wiegħed lil dawk li ma vvutawx lill-PN fl-aħħar elezzjoni (switchers)  li mhux se jittradixxi l-fiduċja  tagħhom. 'Dawk li vvutaw lil Muscat għall-ewwel darba, u jien niltaqa' magħhom kważi kuljum, iħossuhom traduti. Jien mhux se nitradixxi l-fiduċja lil min se jagħtihieli.'

Mistoqsi għalfejn iħossu ottimist li se jirbaħ, sentiment li skont il-preżentatur Frank Psaila qed jinħass fost l-għeruq tal-PN ukoll, Busuttil wieġeb illi kulħadd qed jara dak li jara hu. 'Għax dak li mhux aċċrttabbli għalija mhux aċċettabbli għan-nies.'

'Mhux kollox jitkejjel bil-flus,' sostna Busuttil li allega illi saru wegħdiet minn Muscat qabel l-aħħar elezzjoni biex proġetti ta' bini għoli u dak ta' Sadeen fiż-Żonqor isiru ladarba jkun hemm il-Partit Laburista fil-Gvern. Intant huwa sejjaħ is-sitwazzjoni fil-qasam tal-housing bħala 'gravi' hekk kif 'f'erba' snin dan il-Gvern ma beniex appartament wieħed'

 

 

 

More in Politika