Allied Newspapers laħqu ftehim ma' Adrian Hillman, l-eks Direttur Maniġerjali tagħha, li rreżenja ġimgħat ilu wara illi l-kumpanija ħabbret li se ssir inkjesta fuq akkużi li saru fil-konfront tiegħu u tal-kumpanija ta' Keith Schembri, Kasco Group.
L-inkjesta bdiet f'Marzu 2016, hekk kif irriżulta li Hillman kien sid ta' kumpanija fil-British Virgin Islands u kien allegat li l-istess Hillmanseta' irċieva flus mingħand Schembri. Dak iż-żmien Keith Schembri, illum Chief is Staff tal-Prim Ministru, kien qed imexxi l-kampanja tal-Partit Laburista.
Ftit wara l-aħbar ta' ftehim Schembri, fi stqarrija, sostna li r-riżultati tal-inkjesta, li għadha mhux pubblika, juru kif ma sar assolutament xejn ħażin minnu jew mill-kumpanija tiegħu, 'kif kien allegat'.
'Il-kampanja diżonesta u politika li saret kontrija personalment, hija bla bażi. Issa li din il-kwistjoni ġiet riżolta, f'ġieħ it-trasparenza, ninkoraġġixxi lil Allied Newspapers biex tippublika l-inkjesta indipendenti,' temm jgħid Schembri.