Aġġornata | Il-Patrijotti jakkużaw lill-Isqfijiet Maltin b'interdett fuqhom

...wara li diversi talbiet biex jiltaqgħu magħhom waqgħu fuq widnejn torox - Il-Knisja tirreaġixxi u tgħid li l-bibien tagħha miftuħin għal kuħadd

L-Isqof ta' Malta Charles J Scicluna
L-Isqof ta' Malta Charles J Scicluna

L-Għaqda Patrijotti Maltin tinsab ferm irrabjata għall-Isqof Charles J Scicluna kif ukoll għall-Isqof t'Għawdex Mario Grech wara li talbiet għall-laqgħat, skont l-stess Patrijotti, waqgħu fuq widnejn torox. Huma akkużaw lill-mexxejja tal-Knsija b'interdett u li qed tibni l-ħitan minflok il-pontijiet. 

Fi stqarrija l-Għaqda, li se tkun qed tikkontesta l-elezzjoni li jmiss, qalet illi staqsiet 'biex tiltaqa mal-Isqfijiet biex tiddiskuti 'd-deficit morali u soċjali preżenti' u u biex il-knisja tapprova mexxejja spiritwali għall-istess Għaqda.

Filwaqt li qalu kif baqgħu bla risposta għal ġimgħat sħaħ  akkużaw lill-Isqfijiet illi minflok pont qed jibni ħitan. 'Hija ħasra li l-istorja qegħda tirrepeti ruħha bil-Knisja tagħżel li tmur lura għall-1961, billi tinterdettja partit politiku,' sostniet l-Għaqda li qalet ukoll li qed taqbeż għall-ħaddiema minn dik li sejħet bħala 'invażjoni'. 

'Nittamaw li dan l-interdett ma jgħoddx ukoll għall-eluf ta membri tal-Ghaqda u l-Moviment, fil-maġġoranza kbira tagħhom insara,' temmet tgħid l-istqarrija.  

Il-bibien tal-knisja miftuħin għal kulħadd...

Intant fi stqarrija il-Knisja esprimiet d-diżappunt tagħha għal dak li allegaw il-Patrijotti, 'u għall-konklużjonijiet li waslu għalihom. Il-Knisja, filwaqt li tinkoraġixxi u tħeġġeġ lill-politiċi Insara jipprattikaw it-tagħlim Nisrani, tfakkar li mhix il-prattika pastorali tagħha li taħtar saċerdot bħala diretturi spiritwali ta’ xi moviment politiku.'

Fl-istqarrija tagħha l-Knisja fakkret illi l-bibien tal-Knisja jibqgħu miftuħin 'għal dawk kollha, inkluż politiċi, li jixtiequ javviċinaw saċerdot bħala gwida għat-tagħlim tal-Knisja fuq il-ġustizzja soċjali.'

More in Politika