Żieda qawwija ħafna ta' passiġġieri li għaddew mill-ajruport Malti

Iktar minn 300,000 passiġġier għaddew mill-ajruport Malti f'Jannar tal-2017...żieda ta' iktar minn 27%

F’Jannar l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta ospita eżattament 301,289 passiġġier u b’hekk it-traffiku fl-istess ajruport għal dan ix-xahar żdied b’27.3% fuq l-2016. Dan ifisser li l-ajruport laqa’ 64,699 passiġġier aktar mill-ewwel xahar tas-sena li għaddiet, numru li jisboq il-popolazzjoni kkumbinata tal-akbar tliet irħula f’Malta.

Dan it-tkabbir żdied b’mod parallel ma’ żieda fil-movimenti tal-ajruplani u l-postijiet disponibbli fuq it-titjiriet, li kibru bi 22.1% u 24.5%, rispettivament. Konnettività mtejba ma’ swieq bħall-Ġermanja, Spanja u l-Italja kienet fattur importanti li kkontribwixxa għal dan it-tkabbir. Barra minn hekk, is-seat load factor (SLF) ukoll żdied bi 3.8 punti perċentwali biex laħaq 73.5%. Dan jindika li l-linji tal-ajru mlew l-postijiet disponibbli fuq it-titjiriet b’mod aktar effiċjenti, hekk kif aktar turisti għażlu li jivvjaġġaw lejn Malta f’Jannar.

Ir-Renju Unit, l-Italja u l-Ġermanja kienu l-aqwa tliet kontributuri tat-traffiku għall-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, bit-tliet swieq jirreġistraw diversi livelli ta’ tkabbir.

Għax-xahar ta’ Jannar, il-Belġju u Spanja kienu r-raba’ u l-ħames l-aqwa kontributuri tat-traffiku, bi 15,784 moviment tal-passiġġieri u 13,903 movimenti tal-passiġġieri, rispettivament. Meta wieħed iħares lejn l-aqwa ħames ajruporti mbagħad, jinnota li l-lista hija ddominata minn ajruport ġdid, jiġifieri l-ajruport internazzjonali ta’ Catania Fontanarossa u dan wara li kien hemm żieda fit-titjiriet li joperaw lejn dan l-ajruport.

Il-piż massimu tat-tluq (maximum take-off weight (MTOW)) fl-ajruport ukoll esperjenza żieda ta’  26.8% biex b’hekk il-104,108 tunnellati u l-piż tat-tagħbija tal-merkanzija u l-posta tela’ għal 1,305 tunnellati mill-1,185 tunnellati rreġistrati f’Jannar 2016.

More in Politika