Lino Farrugia Sacco se jmexxi l-Awtorità tal-Artijiet

Deborah Schembri tgħid li l-eks Maġistrat, minkejja proċessi ta' tkeċċija, għandu attribwiti tajbin ħafna...maħturin in-nies li se jmexxu l-Awtorità tal-Artijiet

Lino Farrugia Sacco
Lino Farrugia Sacco

L-eks Maġistrat Lino Farrugia Sacco kien maħtur bħala Chairperson tal-Awtorità tal-Artijiet,, mwiegħda mill-Gvern preżenti bħala parti mir-riforma li qed issir fid-Dipartiment tal-Artijiet. Ir-riforma li tħabbret, wara r-riżenja tas-Segretarju Parlamentari Michael Falzon għandha 'tbiddel dan id-Dipartiment mill-qiegħ' kif kienet wiegħdet is-Segretarju Parlamentari Deborah Schembri mal-gazzetta ILLUM ftit wara l-ħatra tagħha.

Lino Farrugia Sacco kien fil-periklu li jitneħħa minn Maġistrat wara li l-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja minħabba li kien il- President tal-Kumitat Olimpiku Malti. Hu ma tkeċċiex minħabba li laħaq l-età tal-irtirar. 

Minn naħa tagħha s-Segretarju Parlamentari Deborah Schembri ddefendiet lil Farrugia Sacco u qalet illi dejjem tiftakru bħala wieħed mill-aktar Maġistrati effiċjenti, espert f'bosta proċeduri tal-Qorti. L-attribwiti pożittivi, jibbilanċjaw sew dak kollu li seta' għamel u li seta' wassal biex jitkeċċa.' 

Intant John Vassallo kien appuntat Viċi Chairperson, filwaqt li eks-kandidat tal-Partit Laburista Carlo Mifsud inħatar Kap Eżekuttiv tal-istess Awtorità. Fost il-membri hemm William Wait, il-Kap Eżekuttiv ta' Projects Malta u Malta Enterprise u l-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità ralAmbjent u Riżorsi Ruben Abela. 

 

 

 

More in Politika