[Aġġornata] Cacopardo jsejjaħ għar-riżenja jew it-tneħħija ta' Toni Bezzina

....jgħid li l-applikazzjoni ta' Bezzina għal żvilupp taħt l-Imdina titfa' dubju fuq kemm dak li kiteb fir-rapport dwar l-ambjent huwa ġenwin

Cacopardo jisħaq li Bezzina għandu jirreżenja
Cacopardo jisħaq li Bezzina għandu jirreżenja

'Toni Bezzina messu jirreżenja jew jitneħħa minn kelliemi tal-PN għall-Agrikultura.' Dan qalu Carmel Cacopardo, Deputat Chairperson tal-Alternattiva Demokratika meta kkummenta dwar ir-reazzjoni tal-Partit Nazzjonalista għall-każ Toni Bezzina.

'Toni Bezzina applika biex ma xi kmamar eżistenti barra miż-żona ta’ żvilupp (PA7854/16) iżid binja b’mod li joħloq villa ODZ. Dan jitfa’ dubju kbir fuq kemm Toni Bezzina, wieħed mill-awturi tad-dokument ambjentali li PN ippubblika riċentment jemmen dak li kiteb f’dan id-dokument."

Cacopardo jkompli jgħid li "huwa dan l-iżball politiku li l-Kap tal-Oppożizzjoni naqas li jindirizza meta qal li fil-fehma tiegħu Bezzina ma għamel xejn ħażin."

"Dan il-fatt", ikkonkluda Cacopardo, "iwassal lill-Alternattiva Demokratika biex tistaqsi dwar kemm għandhom valur id-dikjarazzjoijiet politiċI tal-Partit Nazzjonalista jekk min jiktibhom ma jaħsibhiex darbtejn biex jinjorhom qabel ma tkun biss nixfet l-inka."

PN: 'Malli feġġ każ Simin Busuttil ħa azzjoni'

Intant fi stqarrija l-PN fakkar kif, 'għall-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil mhux aċċettabbli li Deputati jibnu djar f’żoni ODZ. Filfatt, l-Ħadd stess, Toni Bezzina ħabbar li se jirtira l-applikazzjoni li saret mill-mara tiegħu, minkejja li l-applikazzjoni kienet skont il-liġi u skont il-policies eżistenti.'

Il-PN saħaq illi dawn huma 'l-istandards ta’ Simon Busuttil: li malli feġġ każ, indirizzah u ħa d-deċiżjonijiet li kellhom jittieħdu.'

 

 

 

More in Politika