[Aġġornata] Il-Gvern jipproponi 'Reġistratur tal-Midja' ... inkluż għal siti elettroniċi
...anke siti elettroniċi jeħtieġ ikunu parti minn dan ir-reġistru
More in Politika
...anke siti elettroniċi jeħtieġ ikunu parti minn dan ir-reġistru
Fl-abbozz ta' liġi li ressaq il-Gvern intitolat 'Media and Defamation Act' u li għandu jirregola l-mezzi tax-xandir qed ikun propost illi jinħoloq Reġistratur tal-Midja li fih jiddaħħlu d-dettalji kollha tal-midja partikolari. Il-gvern qed jipproponi illi f'dan ir-reġistru jiddaħħlu d-dettalji tal-midja u li dan ikun miftuħ għall-pubbliku bi ħlas ta' miżata. Skont il-liġi proposta huwa l-Prim Ministru li jaħtar dan ir-Reġistratur b'avviż fil-gazzetta tal-Gvern.
Dan ir-reġistru se jkun jinkludi kull tip ta' midja, inkluż siti elettroniċi, fosthom bloggs. Ir-Reġistratur tal-Midja se jkollu l-poter li ikkanċella reġistrazzjoni reġistrazzjoni ta' gazzetta jew sit eletroniku jekk ikun mitlub mill-editur, jekk il-gazzetta ma tkunx ippubblikata f'perjodu li jeċċedi t-tliet xhur, jekk is-servizz tax-xandir ma jkunx liċenzjat u jekk is-sit ma jibqax jeżisti għal perjodu ta' aktar minn tliet xhur.
Fin-nuqqas li xi ħadd jirreġistra ikun hemm multa ta' €1,000.
Intant il-Malta Information Technology Law Asociation (MITLA) ftit tal-ħin ilu ħarġet stqarrija illi fiha qed turi t-tħassib sejru tagħha fuq din il-parti tal-liġi, li għad trid tgħaddi mill-Parlament. Il-MITLA saħqet illi hija ikkonċeenata li l-obbligazzjonijiet għal websites, illi jirreġistraw ma' Reġistratur tal-Midja.