Il-Partit Demokratiku fi stqarrija laqa' l-emenda fil-liġi tal-Kodici Kriminali li ġiet imressqa nhar l-Erbgħa fil-Parlament. Din l-istess liġi, fakkar il-partit Demokratiku, kkundanat persuna għal ħames snin priġunerija fuq qtil involontarju ta` raġel u korriment fuq oħtu f’inċident ta` traffiku li seħħ fl-2011.
Bit-tneħħija tal-infurzar fuq l-inqas penali bil-liġi, d-deċizjoni taqa’ f’idejn il-magistrat biex jgħati/tgħati sentenza xierqa skont il-każ li jkun prezentat.
Għalkemm il-Partit Demokratiku jemmen li sentenzi fuq reati kriminali għandhom ikunu ħorox, jifhem ukoll li f’certu każijiet persuna tista tkun vittma taċ-cirkustanzi, u dawn għandhom jitqiesu meta tkun se tingħata sentenza.