Aġenzija ta' kreditu oħra b'ċertifikat pożittiv għal pajjiżna

Il-finanzi pubbliċi ssaħħu permezz ta’ titjib fid-dħul minħabba tkabbir ekonomiku qawwi kif ukoll galbu fit-tmexxija li wasslet għall-iffrankar ta’ madwar €30 miljun fi spiża pubblika

L-aġenzija internazzjonali DBRS ikkonfermat ir-rating għoli ta’ ‘A’ għal pajjiżna. Skont l-esperti tad-DBRS, dan ir-rating jirrifletti l-istruttura pożittiva tad-dejn pubbliku, il-bilanċ solidu fil-pagamenti internazzjonali ta’ pajjiżna, kif ukoll is-sitwazzjoni finanzjarja tajba tal-familji Maltin. L-istess bħalma nnutaw l-IMF u l-Kummissjoni Ewropea, l-esperti tad-DBRS jgħidu li Malta’s economy is among the fastest growing in the euro area and its growth prospects look favourable.

Id-DBRS issostni li fiscal, monetary and financial policy institutions have also strengthened. Għal kollox kontra l-ħsieb tal-Oppożizzjoni li trid tmur lura għall-politika preċedenti fit-tmexxija tal-finanzi pubbliċi, l-aġenzija internazzjonali tgħid li important improvements in fiscal management have been undertaken, after weak fiscal performances in the past. L-esperti tad-DBRS fil-fatt xejn ma jfaħħru r-rekord tal-amministrazzjoni preċedenti, tant li jgħidu li public expenditure overruns and weak internal controls, which were common in the past and led Malta to being placed under the Excessive Deficit Procedure three times since joining the EU in 2004.

B’kuntrast issa l-finanzi pubbliċi ssaħħu permezz ta’ titjib fid-dħul minħabba tkabbir ekonomiku qawwi kif ukoll galbu fit-tmexxija li wasslet għall-iffrankar ta’ madwar €30 miljun fi spiża pubblika meta mqabbel mal-amministrazzjoni preċedenti. Id-DBRS tfaħħar ukoll ir-ristrutturar li seħħ fl-Enemalta.  Filwaqt li l-Oppożizzjoni qed tmexxi kampanja distruttiva kontra l-istituzzjonijiet pubbliċi, l-esperti barranin jgħidu li Malta enjoys relatively sound public institutions. Skont id-DBRS the government is making additional efforts to improve governance and reduce the scope for corruption, including by passing a Whistleblower’s Act and removing the prescription period for cases of corruption involving Members of Parliament. Minflok in-negattività tal-Oppożizzjoni, l-aġenzija internazzjonali tisħaq fuq l-impenn tal-Gvern li jindirizza nuqqasijiet tal-passat fil-governanza.

Ir-rapport tad-DBRS huwa ċertifikat ieħor pożittiv għal pajjiżna. Il-Gvern itenni r-rieda tiegħu li jżid il-pass ta’ riformi ħalli l-qagħda ekonomika u soċjali ta’ pajjiżna tkompli tissaħħaħ. It-titjib fil-finanzi pubbliċi, fl-ekonomija u fil-governanza li tinnota d-DBRS huma bażi soda għal iktar titjib fiż-żmien li ġej biex il-ġid ikompli jasal għand kulħadd.

 

 

More in Politika