Salvu Mallia ixebbaħ lil Demarco ma fergħa niexfa li għandha tinħaraq
Qal ukoll li jekk Simon ma jkunx deċisiv dwar Demarco ma jibqax jitwemmen
More in Politika
Qal ukoll li jekk Simon ma jkunx deċisiv dwar Demarco ma jibqax jitwemmen
Dak li ħareġ fil-beraħ li Mario Demarco u d-ditta tiegħu kienu l-konsulenti mħallsa dwar il-proġett ta' Silvio Debono tal-ITS, qajmet furur kbir fost l-istess Partit Nazzjonalista. Simon Busuttil dalgħodu ħareġ iebes fil-Marsa fejn qal li wieħed irid jagħżel ir-rwol tiegħu milli jew ikun politiku inkella jagħżel il-professjoni tiegħu. U hawn kien qed jirreferi għal każ ta' Demarco li skont il-Kap tal-oppożizzjoni qal li l-istess Demarco għażel lill- Partit u waqqaf il-konsulenza.
Iżda dan ma waqqafx li sezzjoni militanti tal-Partit Nazzjonalista joħorġu jattakaw lil viċi Kap tal-Partit tagħhom fejn wara li David Thake kiteb li “you cannot run with the hares and hunt with the hounds” fejn kien qed jalludi b'mod ċar għal każ ta' Demarco, Salvu Mallia ssuġerixxa li Demarco kellu jirriżenja wara li ddeskriva lid-deputat Kap bħala “dead branch that must be cut off and thrown into the fire”. Qal ukoll fuq facebook li Simon Busuttil irid ikun deċisiv jekk irid jibqa jitwemmen. Min-naħa l-oħra Daphne Caruana Galizia ħeġġet ukoll biex Demarco wara din l-informazzjoni li ħarġet dwaru kellu jirriżenja minn deputat Kap. Fil-blog tagħha kitbet hekk, "Giving up the brief is not enough to make people comfortable. When you’ve worked for somebody for four years, you build up a relationship with them, and they have a hotline to you. They also have influence over you, and most importantly, they have access. This is all wrong.” Fejn qed tgħid bejn wieħed u ieħor li billi iċċedi l-konsulenza mhux biżżejjed għax la tkun ħdimt erba snin mal-kumpanija jfisser li int tkun obbligat lejhom f'xi ħin jew ieħor meta jiġu bżonnok.