Il-Labour iddikjara li ħa €2000..Il-PN jgħidu li l-partit mhux għall-bejgħ
Il-labour jitolbu lil PN kemm ħadu flus mingħand DB il-PN iwieġbu li ebda donazzjoni mhu se tgħalqilhom ħalqhom
More in Politika
Il-labour jitolbu lil PN kemm ħadu flus mingħand DB il-PN iwieġbu li ebda donazzjoni mhu se tgħalqilhom ħalqhom
Tkompli l-battalja dwar il-proġett tal-ITS minn DB Seabank bejn iż-żewġ partiti. Kuntratt li ħoloq ħafna diżgwid bejn iż-żewġ partiti. Il-Partit laburista ħareġ stqarrija llejla fehjn qal li Busuttil għandu jiddikjara kemm ħa flus mid-DP Group u Seabank Il-Partit Laburista qed jiddikjara li mingħand Seabank Group ħa biss €2000, u dan kien biss fl-2016.
L-istqarrija tistaqsi lil Busuttil, "Lest jiddikjara llejla stess x'deal kellu Simon Busuttil u l-PN ma’ dan il-grupp? Kemm ħa flus il-Partit Nazzjonalista ta’ Busuttil mingħand il-grupp kemm ilu Kap tal-PN l-istess Busuttil?Busuttil qed jitkellem biss issa għax inqabad fil-fatt li kien qed jieħu l-flus mingħand dan l-investitur? Simon Busuttil filli jrid jgħajjar lill-investitur maħmuġ u filli qed jammetti li ilu mill-inqas 4 snin jieħu l-flus mingħandu.
Fl-istess ħin li Busuttil kien qed jgħid lil Mario de Marco jieqaf jagħmel xogħol legali lill-DB group, wara li nqabad, hu ma qalx li kellu deal mal-istess grupp bħala partit u li ħa mijiet ta' eluf."
Min-naħa l-oħra l-PN wieġeb l-istqarrija tal-Partit laburista li Ħadd ma jemmen lil Joseph Muscat meta jgħid li ngħata biss EUR2,000 mill-grupp li ngħata l-art tal-ITS f'San Ġiljan. "Ebda donazzjoni li ngħata l-Partit Nazzjonalista mhi se tagħlaq ħalq il-Partit Nazzjonalista kontra l-korruzzjoni tal-aktar Gvern korrott fl-istorja. Il-Partit Nazzjonalista mhux għall-bejgħ u ma jinxtarax." temmet l-istqarrija li fl-istess ħin ma semmiet l-ebda ċifra ta' kemm ħa l-partit nazzjonalista mingħand dan il-grupp.