Il-Kap tal-Partit Demokratiku Marlene Farrugia, li suppost se tagħmel koalizzjoni mal-Partit Nazzjonalista, sostniet illi donazzjonijiet lill-partiti, bħal dak li żvelat il-kumpanija DB iktar kmieni illum il-Ħadd, hija 'kriminalità istituzjonalizzata'
"Hawnhekk qegħdin f' sitwazzjoni fejn għall-ewwel darba kellna kuntrattur illi ħareġ fil-miftuħ bi stqarrija li ġie mitlub minn partit politiku ewlieni biex jiffinanzjah. X'aktarx illi din ġrat lil ħafna negozjanti u industrijalisti oħra qabel, u qegħda ssir issa."
Farrugia, f'dik li tidher illi hija battuta ċara lejn il-partit li sippost se tingħaqad miegħu, qalet illi l-poplu llum ngħata "prova għaliex ċertu deċiżjonijiet u/jew reazzjonijiet ikunu tali li ma jagħmlux sens jew jagħmlu sens għan-negozzjant imma mhux għall-poplu li l-ġid tiegħu ikun qed jiġi negozzjat. Din hija kriminalita' istituzzjonalizzata," saħqet Farrugia.
"Jekk aktar negozjanti joħorġu jixhdu, toħroġ il-verita fuq l-istat politku ta' pajjiżna," sostniet Farrugia li appellat biex il-pajjiż "jitnaddaf" u n-negozji jkunu kollha fuq l-istess livell.
--