Is-survey tal-Malta Today li qed isir f'egħluq ir-raba sena tal-PL fil-gvern u sena bogħod mill-elezzjoni ġenerali juri li l-Partit Laburista għandu vantaġġ ta' 4 punti fuq il-Partit Nazzjonalista u Joseph Muscat mhux talli żamm il-vantaġġ fuq Simon Busuttil, iżda żied xi ftit ukoll mill-aħħar survey fejn minn 6.8 issa jinsab b'vantaġġ ta' 7.1. Is-survey sar fuq 700 persuna u sar bejn l- 1 u t-8 ta' Marzu. Wara l-allegazzjoni tal-oppożizzjoni li Cardona kien preżenti f'gentleman's club il-Ġermanja u anke wara li ġie l-kumitat tal-EU PANA jinvestiga il-PANAMA accounts u anke wara li qam il-każ tad-donazzjonijiet lill-PN.
Dan juri biċ-ċar li għal Maltin dawn is-suġġetti ma jibdlilhomx l-opinjoni. Sadattant 48% tal-iswitchers għad għandhom fiduċja f'Joseph Muscat, filwaqt li 25% għandhom fiduċja f'Simon Busuttil.