Pajjiżna jeċċedi l-UE kollha fiċ-ċifri ta' tkabbir fix-xogħol

Bi tkabbir ta' 5.1% fuq l-2015 Malta tirreġistra l-akbar tkabbir fil-qasam tax-xogħol fl-UE kollha u tiżboq sew il-medja Ewropea

Il-Eurostat jikkonferma xejriet pożittivi  fil-qasam tal-impjiegi
Il-Eurostat jikkonferma xejriet pożittivi fil-qasam tal-impjiegi

L-aħħar ċifri tal-Eurostat ġabu aħbarijiet pożittivi għal pajjiżna hekk kif Malta hija il-pajjiż li ra l-akbar tkabbir fil-qasam tax-xogħol fl-2016 meta mqabbel mal-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea. Fil-fatt, skont l-istatistika Ewropea ippublikata ftit tal-ħin ilu, jirriżulta illi pajjiżna irreġistra tkabbir ta' 5.1% fil-qasam tal-impjiegi fl-aħħar kwart tas-sena l-oħra meta kkumparat, mal-istess kwart tas-sena ta' qabel (2015). B'1.9% Malta saħansitra rreġistrat l-akbar tkabbir fil-qasam tal-impjiegi meta mqabbel maċ-ċifri tas-sena l-oħra stess. 

Malta  għaddiet pajjiżi li għandhom ekonomiji meqjusin bħala b'saħħithom, fosthom il-Ġermanja li kkumparat mal-2015 rat tkabbir fil-qasam tax-xogħol ta' 0.6%. L-Irlanda rat tkabbir ta' 2.8%. L-Italja rat żieda ta' 1.1% filwaqt li l-gżira ta' Ċipru esperjenzat tkabbir fil-qasam tax-xogħil, fl-aħħar tal-2016, ta' 3%. 

Pajjiżna saħansitra, qabeż ir-rata ta' tkabbir medju madwar il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea ta' 1%.  

 

More in Politika