Skont l-ewwel exit polls Geert Wilders mhux se jirbaħ l-elezzjoni fl-Olanda

...imma xorta qed jilgħaba ma' żewġ partiti oħrajn biex ikun it-tieni l-iktar partit li jġib voti 

L-ewwel exit polls li għadhom kif ġew ippublikati fl-Olanda, fejn il-poplu kien msejjaħ jivvota jirriżulta illi l-Partit tal-Lemin Estrem immxxi minn Geert Wilders mhux se jirbaħ l-vot popolari tal-Olandiżi. Minkejja dan il-partit ta' Wilders, li kien saħansitra qed jipproponi li l-Olanda titlaq mill-Unjoni Ewropea u li mexxa aġenda xi ftit jew wisq kontra l-komunità Muslmana u tal-immigranti, jidher li se jħabbatha sew ma' żewġ partiti oħrajn. 

Skont exit polls ta' Ipsos se jkun il-partit ċentru-lemini mmexxi minn Mark Rutte li se jirbaħ l-akbar numru ta' voti u jirbaħ l-elezzjoni, anke jekk fil-fatt se jkollu jibni koalizzjoni ma' partiti oħrajn biex imexxi Gvern.

Mal-ewwel persentaġġ ta' voti mgħaduda il-partit ta' Rutte ġab ftit iktar minn 26% tal-vot, filwaqt li l-partit ta' Wilders ġab 12.5% tal-vot. Il-partiti li jinsabu qrib Wilders huma il-Liberali Demokratiċi (D66) u l-Partit tal-Kristjani Demokratiċi.

More in Politika