Mill-2014 il-PN irċieva €600,000 minn żewġ kumpaniji ta' db

Simon Busuttil jinsisti li s-'sensittività kummerċjali tal-kumpanija Media.Link għandha tkun rispettata' 

Il-kap tal-Oppożizzjoni u s-segretarju ġenerali tal-PN Rosette Thake, warajh
Il-kap tal-Oppożizzjoni u s-segretarju ġenerali tal-PN Rosette Thake, warajh

Ikompli l-eku tal-każ ta' donazzjonijiet lill-Partit Nazzjonalista li l-kumpanija db, tal-Lukandier Silvio Debono, allegat illi kienu qed imorru biex jitħallsu l-pagi tas-Segretarju Ġenerali Rosette Thake u l-Kap Eżekuttiv Brian St. John. Il-gazzetta Maltatoday żvelat kif mill-2014 il-PN irċieva kważi €600,000 minn żewġ kumpaniji li parti minnhom huma tal-istess db, Sky Gourmet u Malta Healthcare Caterers. 

L-istess gazzetta żvelat kif il-kumpanija tal-media tal-PN Media.Link ħarġet invoice ta' €70,800 lill-SkyGourmet għal dak li ssejjaħ 'programmar', anke jekk fil-fatt SkyGourmet hija kumpanija li tipprovdi esklussivament għal servizzi ta' proviżjoni ta' ikel fuq titjiriet. Intant il-kumpanija Malta Healthcare Caterers tissuplixxi ikel lill-pazjenti fl-isptarijiet Mater Dei, Karin Grech u l-Isptar Pawlu Boffa. 

Intant, mistoqsi mill-Maltatoday jekk il-PN irċeviex flus oħra minn kumpaniji oħrajn il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil insista li s-sensitività kummerċjali tal-kumpanija (Medi.Link) għandha tkun rispettata. "Bl-istess argument," kompla jgħid Busuttil, " wieħed jista' jargumenta li kull min qed jirriklama fuq in-Net jew il-ONE qed jikser il-liġi. Irridu noqgħodu attenti kif inpoġġu l-kliem. Kuntrarjament għall-Partit Laburista, l-PN irreġustra malKummissjoni Elettorali."

Busuttil qal li l-PN gġandu kopji tal-invoices li Media.Link ħarġet lill-kumpanija db. 

More in Politika