L-Isptar għall-ommijiet u t-tfal se jkun tal-Gvern, mhux tal-privat

Il-Ministru Chris Fearne jgħid li Malta hija waħda mill-uniċi pajjiżi fl-Ewropa mingħajr sptar pedjatriku

L-omm u t-tarbija...l-Gvern qed jippjana li jiftaħ 'Mother and baby Hospital'
L-omm u t-tarbija...l-Gvern qed jippjana li jiftaħ 'Mother and baby Hospital'

Il-Gvern qed jippjana li jiftaħ Mother & Baby Hospital, liema sptar se jkun 'parti integrali mill-Isptar Mater Dei'. Fi tweġibiet Parlamentari l-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne assigura lid-Deputata Nazzjonalista Claudette Buttigieg illi l-ebda parti tal-isptar Mater Dei mhu se jkun privatizzat, lanqas l-Isptar li se jkun qed joffri servizzi ta' għajnuna għall-ommijiet u l-ulied. 

Iktar kmieni  l-Ministru Fearne, f'intervista ppublikata fuq The Sunday Times qal illi dan l-Isptar se jkun qiegħed, jekk kollox jimxi skont il-pjan, jinbena ħdejn id-Dipartiment tal-Emerġenza u se jkun immexxi kompletament mill-Isptar Mater Dei. "Aħna probabilment wieħed mill-uniċi pajjiżi mingħajr sptar pedjatriku fl-Ewropa," saħaq Fearne mal-istess gazzetta.

More in Politika