Il-pajjiż ħareġ iktar minn €900 miljun f'benefiċċji s-sena l-oħra biss

...45,495 irċevew benefiċċju taż-żewġ terzi u 43,478 irċevew children's allowance fl-2016

Sal-aħħar tas-sena 2016 in-nefqa fuq il-benefiċċji soċjali kienet tammonta għal €900.7 miljuni, mhux wisq il-bogħod mill-ammont enormi ta' biljun. Dan huwa żieda ta' 3.7% f'din in-nefqa meta kkumparat mas-sena 2015. Iż-żieda fl-ispiża kienet ta' €44 miljun f'benefiċċji kontributorji, għalkemm naqset l-ispiża bi €11-il miljun f'benefiċċji non-kontributorji. 

Iż-żieda fin-nefqa kienet tinkludi żieda ta' €34.4 miljun fil-pensjonijiet, żieda ta' €6.3 miljun fil-pensjoni tar-romol u żieda ta' nofs miljun fil-pensjoni tal-invalidità. Dawk li jirċievu l-pensjonijiet taż-żewġ terzi huma l-akbar grupp ta' benefiċċjarji, fil-fatt dawn ilaħħqu il-45,495 persuna. Iktar minn 20,000 kienu benfiċċjarji ta' benefiċċji relatati mal-mard, filwaqt illi s-sena l-oħra kien hemm 43,478-il persuna li rċevew childrens allowance.

Fl-2016 ukoll kien hemm żidiet qawwija fin-numru ta' nies li jirċievu l-benefiċju tat-Tapering, jew l-għoti tal-benefiċċju tal-qgħad mnaqqas fl-ewwel tliet snin fl-impjieg u l-In Work benfit, li huwa benefiċċju lil dawk li jaqilgħu paga baxxa.  Il-benefiċċjarji ta' dawn iż-żewġ miżuri li introduċa l-Gvern preżenti kienu jlaħħqu d-959 u 868 rispettivament.  

 



 

More in Politika