Il-Kummissjoni Elettorali għada kif ħabbret bidliet fil-konfini elettorali li se jaffetwaw kważi id-distretti kollha, imma l-aktra id-distretti fin-naħa t'isfel ta' Malta.
Fost il-bidliet se jkun hemm dawk fit-tielet distrett fejn se jiżdiedu Ħal Għaxaq u Marsaxlokk, filwaqt li naqset parti mill-Fgura u l-Ħames Distrettr illi minnu tneħħa Marsaxlokk u żdied Ħal Farruġ. Ir-raba' distrett tneħħa minnu Ħal Għaxaq u parti mill-Marsa, filwaqt li parti minn Naxxar żdiedet mal-10 Distrett.
Intant fit-tramuntana tal-pajjiż, Burmarrad ma baqgħetx titqies fl-istess distrett ma' San Pawl il-Baħar , filwaqt li is-sitt, is-seba' u d-disa' distrett baqgħu l-istess