Hekk kif it-temperatura elettorali issa bdiet tiela' sew fil-pajjiż u l-għidut dwar elezzjoni ġenerali qed jiżdied, għada l-gazzetta ta' kull nhar ta' Ħadd l-ILLUM se tagħti ħarsa lejn distrett ieħor illi fih se jkun hemm ġirja qalila għall-voti, fost il-kandidati Laburisti.
L-istess gazzetta diġa tat ħarsa estensiva lejn ix-xenarju Laburista fil-Ħames Distrett fejn hemm iktar minn 8,000 vot 'Laburist' li fl-2013 marru, fil-maġġoranza tagħhom għand Karmenu Vella, u numru konsiderevoli ieħor għand Marlene Farrugia.
Għada l-gazzetta ILLUM se tiżvela l-isem ta' kandidat ġdid dieħel u l-isem ta' Deputat li ilu fil-Parlament u li ma jidhirx li se jkun fuq il-lista tal-kandidati.
U l-elezzjoni meta ġejja? F'Novembru jew f'Marzu? L-ILLUM tħares lejn il-vantaġġi u l-iżvantaġġi għall-PM li jsejjaħ l-elezzjoni din is-sena jew fl-2018.
Intant aqraw ukoll x'għandu xi jgħid Franco Debono dwar Mario De Marco ....