Il-ġlied u d-dmija komplew fis-Sirja hekk kif aktar kmieni dalgħodu seħħ attakk li mill-ewwel informazzjoni jidher li matulu ntużaw armi kimiċi. Mill-informazzjoni li qed toħroġ fuq diversi siti tal-aħbarijiet internazzjonali jidher li s'issa il-vittmi jgħoddu għal 18, f'żona illi hija kkontrollata mir-ribelli.
Il-komunità internazzjonali ilha turi ċerta livell ta' tħassib dwar l-użu jew inkella l-pussess tal-armi kimiċi f'idejn il-Gvern Sirjan. Bosta attivisti kontra r-reġim ta' Assad li issa ilu jitturufna lil niesu għal snin sħaħ bir-riżultat ta' mijiet u eluf kbar mejtin, kien akkużat ukoll li uża tali armi fosthom 'Nerve Gas' biex ikun jista' joqtol mijiet ta' persuni li jopponuh.