Issa uffiċċjali : Il-PN u l-PD f'koalizzjoni politika għall-elezzjoni li jmiss

Il-kandidati tal-PD se jkunu qed joħorġu fuq il-lista tal-PN

Marlene Farrugia
Marlene Farrugia

Illejla, l-Kumitat Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista approva unanimament ftehim mal-Partit Demokratiku biex għall-elezzjoni ġenerali li jmiss, il-kandidati tal-Partit Demokratiku jikkontestaw fuq il-lista tal-Partit Nazzjonalista, f’dik li l-PN qed isejħilha Forza Nazzjonali.

Fi stqarrija l-PN sostna li d-diskussjonijiet bejn iż-żewġ naħat ilhom li bdew minn Settembru li għadda meta l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil kien ħabbar li l-Partit Nazzjonalista qiegħed jinfetaħ għal nies ġodda li jridu jaħdmu flimkien biex jagħtu lill-poplu Malti Gvern nadif u tmexxija serja.

Fl-ewwel kummenti tiegħu, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil qal “Bħalissa għandna Prim Ministru taħt investigazzjoni kriminali. Pajjiżna ma jistax jibqa’ f’din is-sitwazzjoni. Għalhekk, il-poplu Malti u Għawdxi qed jingħaqad bħala forza nazzjonali, b’nies minn kull sfera tas-soċjetà.” 

 

More in Politika