Ritratti | 'Għandi enerġija daqs erba' snin ilu ... għal ħames snin oħra ta' ġid'
- Il-PM u Mexxej Laburista Joseph Muscat se jikkontesta l-ħames u t-tieni distrett
- Jelenka s-suċċessi ekonomiċi li kisbet Malta f'dawn l-erba' snin
minn Albert Gauci Cunningham
Il-PM u l-Mexxej Laburista Joseph Muscat se jkun qed jikkontesta l-Ħames Distrett u t-tieni distrett. Dan żvelah Muscat stess ftit tal-ħin ilu quddiem folla kbira ta' mijiet ta' partitarji fiż-Żurrieq li tul id-dikors kienu kontinwi, fl-appoġġ, ċapċip u għajjat ta' 'Joseph Joseph' u 'Viva l-Labour'.
Muscat qal illi huwa jrid irodd xi ħaġa lura liż-Żrieraq u lin-nies tal-Ħames Distrett wara li Karmenu Vella kien maħtur Kummissarju Ewropew Malti.
'Żammejt kelmti qabel u se nerġa nżommha illum'
Quddem il-folla mill-aktar entużjasta, l-PM u Mexxej Laburista Joseph Muscat, appella lill-poplu biex jerġa jagħżel Gvern li jassigura ħames snin oħra ta' ġid u prosperità. Bi statistika li turi kif pajjiżna irreġistra l-anqas rata ta' qgħad f'Malta minn kemm ilha tinġabar l-istatistika mill-Eurostat, Muscat fakkar kif erba' snin wara li wiegħed li Malta ssir l-aqwa fl-Ewropa, illum pajjiżna qed jirreġistra tkabbir ekonomiku bla preċedent. Huwa talab lil dawk li kienu qed isegwuh fil-pjazza taż-Żurrieq biex jagħmlu l-għażla illi twassal għal ħames snin oħrajn ta' ġid.
Muscat fakkar, kif kien mistenni, illi minkejja li l-pajjiż għadu fit-tieni ġurnata ta' kampanja elettorali hu diġa beda jħabbar il-proposti tal-partit Laburista għall-leġiżlatura li jmiss.
Muscat għamel elenku ta' dak li ħabbar aktar kmieni illum, fosthom Muscat fakkar kif il-PL qed iwiegħed tnaqqis ta' taxxa lil 190,000 persuna fil-forma ta' bonus ġdid għall-ħaddiema kollha, li jvarja minn €200 sa €340. Muscat qal illi kuntrarju għall-kritika li għamel il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil, il-PL jista' jwiegħed dawn il-miżuri għax fil-pajjiż inħoloq il-ġid u għax il-pajjiż għamel il-qliegħ għall-ewwel darba f'ħafna snin.
"Għandi l-istess enerġija li kelli erba' snin ilu, tant li llum minn sbieħ l-ewwel jum tal-kampanja elettoali diġa qed nagħtu l-proposti," qal Muscat għaċ-ċapaċip kontinwu tal-folla preżenti. Muscat fakkar ukoll kif il-PL qed iwiiegħed żieda fil-pensjonijiet, kid diġa seħħ taħt dan il-Gvern ta' €8 fil-ġimgħa.
Muscat irrijafferma wkoll il-wegħda li jerġgħu jingħataw lura l-festi pubbliċi li jaqgħu fi tmiem il-ġimgħa, miżura li kien intrioduċa Gvern Nazzjonalista.
'Żammejt kelmti fuq il-kontijiet u x-xogħol, in-negozju, child care b'xejn, tablets lill-istudenti, żammejt kelmti mal-istudenti mal-ommijiet, mal-koppji li se jixtru l-ewwel dar, man-negozji, mal-persuni b'dizabilità .u la żammmejt kelmti fl-aħħar 50 xahar, tafu li se nerġa nzomm kelmti, fuq it-taxxa, fuq il-proprjeta', fuq it-toroq u fuq il-pensjonijiet," sostna Muscat.
"Kont anżjuz fil-bidu, fi Brussels kienu jgħidulna li kellna naqgtħu l-istipenji, pensjonijiet u aħna għidnielhom mhux talli mhux se naqtgħu talli se nagħtu aktar lin-nies," sostna Muscat.
"Kabbarna l-ekonomija u raħħasna l-kontijiet għal kulħadd, ġibna stabilita’ fil-prezz tal-fjuwils, child care, emminna li l-ekonomija konna se nkabbruha u tajna l-benefiċċji lil min irid jaħdem, ġibna surplus, tajna l-ewwel daqqa lill-faqar u jekk tagħtuna l-fiduċja," sostna lil dawk quddiemu, "il-faqar neqirduh.
"U għalaqna l-vit tal-Power Station darba għal dejjem.." saħaq il-Prim Ministru għall-approvazzjoni ta' dawk preżenti.