'Waqt li qed nikkampanjaw ħloqna 400 impjieg'

  • Il-PM Joseph Muscat jitkellem dwar il-ftehim ma' SR Technics aktar kmieni illum 
  • Għada il-PL se juri kif l-ewwel ħames proposti se jaffetwaw l-ekonomija u l-poplu u Muscat iwiegħed ħafna iktar proposti

Il-PM u Mexxej Laburista Joseph Muscat fir-Rabat, Malta | Ritratt James Bianchi
Il-PM u Mexxej Laburista Joseph Muscat fir-Rabat, Malta | Ritratt James Bianchi

Meta kien qed jitkellem fir-Rabat quddiem folla minn mijiet ta' partitarji l-PM Joseph Muscat qal illi bħalisa, "kull persuna u kull familja tkun qed tagħmel il-kalkoli ta' kif marru n-nies u kif mar il-pajjiż f'dawn l-aħħar erba' snin," sostna Muscat illi qal li l-proposti tal-Partit Laburista fl-ewwel siegħat tal-kampanja kienu biss il-bidu. "Il-ġimgħa d-dieħla u ta' wara u ta' wara nerġgħu nħabbru aktar proposti." 

Muscat fakkar illi l-proposta ta' rifużjoni se tingħata lil kull min jaqla' sa €60,000, "u kulħadd se jkun qed jirċievi tax refund li sa tmiem il-leġiżlatura ikun fil-minimu ta' €200 u massimu ta' €340 għal kull persuna li taħdem. "Filwaqt li għaddejjin bil-kampanja elettorali ġibna 400 impjieg," sostna Muscat hekk kif ftit iktar kmieni illum kien iffirmat ftehim illi permezz tiegħu il-kumpanija SR Technics iktar kmieni illum. 

Muscat qal li għada l-PL se juri kif ġejjin il-flus u x'effett se jkollhom l-ewwel ħames proposti li l-PL ħabbar aktar kmieni din il-ġimgħa. 

Preżenti għall-attività kien hemm Jeremy Camilleri Segretarju ta’ Taqsima 'Gvern u Entitajiet Pubbliċi' tal-General Workers Union (GWU), li faħħar l-inizjattivi tal-Partit Laburista li tħabbru fl-ewwel jiem tal-kampanja. ‘Jien fil-bidu kont kritiku ta’ dan il-Gvern għax bdejt inħossu li qed jitbiegħed mill-ħaddiem. Illum ngħid li kellu raġun Muscat, mhux jien meta ħsibt hekk. Nirrealizzaw li l-paga minima kienet ilha ma tiżdied 27 sena?” staqsa Camilleri retorikament.  

Camilleri faħħar ukoll il-fatt li se  jingħataw lura l-festi pubbliċi u l-fatt li dan il-Gvern, kuntrarjament għal ta’ qablu, beda jieħu azzjoni dwar il-prekarjat. 

 

 

More in Politika