Busuttil lil Muscat: 'Tkomplix tiżra' l-firda ... qalbi qiegħda fis-south'

  • Il-Kap tal-PN jgħid li Muscat prova jaqliblu kliemu dwar il-Kottonera u l-problemi soċjali
  • Il-PN jagħmel sett ta' proposti, fosthom trasport b'xejn lit-tfal tal-iskejjel privati u tal-Knisja 

il-Kap tal-PN jgħif li qalbu fis-south u li Muscat qed jiżra' l-firda
il-Kap tal-PN jgħif li qalbu fis-south u li Muscat qed jiżra' l-firda

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil dalgħodu rribatta l-kritika li saret mill-Mexxej Laburista Joseph Muscat wara kummenti li għadda ilbieraħ filgħodu fil-Birgu fejn semma l-problemi tal-housing u tas-single mothers. Busuttil appella lil Muscat biex jieqaf jifred, "nagħmel appell lil Muscat biex ma jiżrax aktar firda fil-politika, hija ħasra," kompla jgħid Bususttil, "li Muscat jipprova jaqleb kliemi sempliċiment biex jiżra' l-firda. Ma xbajtx tabbuża lin-nies għall-vot tagħhom?" staqsa l-Kap tal-PN. 

Intant Busuttil aċċerta li qalbu tinsab man-nies tan-naħa t'isfel, "qalbi qiegħda fis-south, kristina hija mis-south," qal Busuttil b'referenza għas-sueħba tiegħu. 

Intant dalgħodu l-Kap tal-PN ressaq numru ta' proposti, anke jekk baqa' jisħaq li din mhux elezzjoni tal-proposti imma tal-prinċipji u ta' jekk il-poplu jridx iħalli "klikka korrotta" f'Kastilja. Fost il-proposti tal-PN hemm dik ta' trasport tal-iskola b'xejn għal dawk it-tfal li jattendu skejjel privati jew tal-Knisja. Busuttil qal illi proposta bħal din għandha tgħin sabiex jitnaqqas it-traffiku. 

Busuttil ħabbar ukoll proposta li permezz tagħha persuna tkun tista' tieħu perjodu ta' sick leave mix-xogħol, anke jekk ikun xi ħadd mill-familja li jkun marid. Dan jgħodd għal ġenituri, fost l-oħrajn, li jkunu jistgħu jieħdu sick leave meta uliedhom ikunu morda.

Mistoqsi minn ġurnalist tal-Mediatoday dwar il-kandidat Josie Muscat, li fost ħafna affarijiet oħrajn kien qal li ħafna nisa li jisfaw vittmi ta' vjolenza domestika jkunu ipprovokaw lil żwieġhom, Busuttil qal illi issa Muscat se jsegwi l-linja tal-partit, ladarba huwa kandidat. 

 

More in Politika