Alex Perici Calascione, Trevor De Giorgio u Jean Pierre Debono ħabbru li huma mhumiex beħsiebhom jikkontestaw mill-ġdid għall-karigi ta’ Teżorier, Segretarju Internazzjonali u Assistent Segretarju Ġenerali rispettivament tal-Partit Nazzjonalista meta jinżammu l-elezzjonijiet għal tali karigi.
Fi stqarrija, il-Partit Nazzjonalista qal li għalkemm bħala uffiċjali tal-Partit huma ma kienux jifformaw parti mill-Grupp tat-Tmexxija, huma xorta waħda jagħmlu tagħhom id-deċiżjoni mħabbra lbieraħ mill-Grupp tat-Tmexxija, u dan b’sens ta’ kolleġjalità u ta’ lealtà lejn il-Partit Nazzjonalista.
Intqal ukoll kif il-ħidma kemm ta’ Alex Perici Calascione, Trevor Degiorgio kif ukoll Jean Pierre Debono fi ħdan il-Partit, tkompli b’impenn u b’determinazzjoni.