11-il nomina mitfugħa għall-elezzjonijiet każwali tal-PL

L-elezzjoni każwali tal-postijiet vakati minn deputati Nazzjonalisti se jkunu qed isiru nhar l-Erbgħa li ġej

Fl-ewwel jum li fih setgħu jitfgħu n-nomina tagħhom il-kandidati tal-Partit Laburista sabiex jimtlew is-siġġijiet li ġew vakati minn dawk id-deputati li ġew eletti minn fuq żewġ distretti, kien hemm 11-il nomina minn fuq 7 distretti.

Waqt li kien hemm diversi kandidati li tefgħu n-nomina tagħhom, is-sitt u t-tnax-il distrett baqgħu mingħajr kandidati waqt l-ewwel jum ta' nomini.

Min-naħa l-oħra, il-Kummissjoni Elettorali ħabbret ukoll li l-elezzjonijiet każwali fil-postijiet vakati mill-kandidati Nazzjonalisti li ġew eletti minn fuq żewġ distretti se tkun qed issir nhar l-Erbgħa li ġej, jiġifieri l-ġurnata ta' wara dik tal-Partit Laburista. In-nomini għal dawn l-elezzjonijiet każwali se jkunu qed jiftħu għada l-Ħamis.

More in Politika