Muscat u Delia wicċ imb' wiċċ għal-ewwel darba

Il-Prim Ministru u kap tal-Partit Laburista Joseph Muscat jiltaqgħa mal-kap ġdid tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia

Għal ħabta tas-6 pm, Adrian Delia wasal fiċ-ċentru Nazzjonali Laburista hekk kif hu kien mistenni jatendini laqgħa mal-Prim Ministru Joseph Muscat.

Din il-laqgħa ta' kortesija donna saret norma politika fi snin li għaddew hekk kif, l-aħħar żewġ kapijiet tal-oppożizzjoni f'pajjiżna, jiġifieri Joseph Muscat u Simon Busuttil it-tnejn attendew laqgħat simili.

Il-laqgħa tal-eks Prim Ministru Lawrence Gonzi mal-Kap tal-opożizzjoni ta' dak iż-żmien Joseph Muscat
Il-laqgħa tal-eks Prim Ministru Lawrence Gonzi mal-Kap tal-opożizzjoni ta' dak iż-żmien Joseph Muscat
Il-laqgħa ta' Joseph Muscat mal-eks Kap tal-PN Simon Busuttil
Il-laqgħa ta' Joseph Muscat mal-eks Kap tal-PN Simon Busuttil

Intant hekk kif spiccat il-laqgħa bejn iż-żewġ mexxejja, il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li " nittamaw, li din il-laqgħa ħolqot għarfien aħjar tal-affarijiet li aħna tnejn lesti naħdmu fuqhom"

Mistoqsi fuq il-kummenti li għamel waqt l-ewwel indirizz tiegħu bħala kap tal-PN Adrian Delia, fejn qal li '"mhux se jibża minn Joseph Muscat, l-istess Muscat kien pront biex irrimarka li " Delia ftit li xejn deher imbeżża." 

Sussegwentement Delia kompla jgħid  "li l-politika m'għanda qatt tiġi mibnija fuq il-biża iżda  għanda tiġi mibnija fuq it-tama."

Adrian Delia kien ħabbar li kien ser jilqa' l-istedina li għamillu l-Prim Minsitru Joseph Muscat, sabiex jiltaqa’ miegħu għal-laqgħa waqt l-ewwel diskors tiegħu fl-avveniment annwali tal-Indpiendenza fuq il-Fossos tal-Furjana.

More in Politika