Evitat l-istrajk tal-għalliema li kellu jsir l-Erbgħa

Dan wara qbil bejn l-MUT u l-Ministeru tal-Edukazzjoni wara laqgħa għal pakkett finanzjarju ġdid 

L-istrajk tal-għalliema li kellu jsir nhar il-Erbgħa mhux se jsir aktar wara li ntlaħaq qbil f’negozjati bejn il-Unjin Maltija tal-Għalliema (MUT) u l-Ministeru għall-Edukazzjoni.

Matul din il-laqgħa ġie diskuss pakkett finanzjarju rivedut għall-għalliema fl-iskejjel tal-Istat u tal-Knisja.

 

Fil-25 ta’ Ottubru li għadda, l-MUT kienet iddikjarat diżgwid mal-Gvern wara li ma kienx hemm qbil fuq il-pakkett finanzjarju, hekk kif il-unjin kienet qed titlob żieda ta’ 20% għall-għalliema. Kelliem għall-unjin ikkonferma li l-ftehim li ntlaħaq u akbar minn din it-talba oriġinali. 

L-MUT kienet ħarġet mal-50 direttiva lill-membri tagħha bil-qofol kellu jkun l-istrajk tal-Erbgħa.

In-negozjati jiffurmaw parti minn ftehim settorjali u għalhekk il-laqgħat huwa mistenni li jkomplu.

More in Politika