It-Tnejn jibda x-xogħol fuq il-junction tal-Marsa

Il-Ministru jgħid li dan il-proġett hu ferm akbar mill-'junction' tal-Kappara

Ix-xogħol fuq il-'junction' tal-Marsa se jibda nhar it-Tnejn li ġej, kważi xahrejn qabel ma kienu skedati li jibdew.

Żvela dan il-Ministru għat-Trasport Ian Borg, waqt konferenza tal-aħbarijiet aktar kmieni illum, hu saħaq li dan il-proġett hu ferm akbar mill-'junction' tal-Kappara u li se jkun kruċjali għal konnessjoni aħjar bejn in-nofsinhar u l-bqija tal-gżira.

Ian Borg qal li l-esperjenza miksuba matul l-proġett tal-Kappara se tintuża tul l-implimentazzjoni ta’ dan il-proġett.

Mistoqsi fuq il-proġett propost għal mina bejn Malta u Għawdex, il-Ministru Borg sostna li bħalissa għaddej studju fuq il-blat tal-qiegħ tal-baħar, u li jekk dan l-istudju jipproduċi riżultat pożittiv, il-Gvern se jipproċedi għall-istadju tad-diżinn u għas-sejħa internazzjonali għad-diżinn.

 

More in Politika