Jisħaq dwar il-ħtieġa li tibda diskussjoni dwar l-abort

Il-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Kunsill tal-Ewropea Nils Muižnieks jappella għal dibattitu dwar l-abort f'Malta 

Il-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Kunsill tal-Ewropea Nils Muižnieks appella sabiex jibda’ d-dibattitu f’Malta dwar l-abort.

Dan wara li ddeskriva lil Malta bħala wieħed mill-aktar pajjiżi li huma sodi kontra l-abort fil-Kunsill tal-Ewropa.

Il-Kummissarju Muižnieks qal li d-dibattitu għandu jsir ukoll fil-kuntest li ħafna nisa qed jaraw id-drittijiet tagħhom miksura minħabba l-projbizzjoni tal-abort.

Fi tmiem iż-żjara ta’ erbat ijiem li għamel f’Malta, Muižnieks irrakkomanda d-dekriminalizzazzjoni tal-abort u l-aċċess ħieles legali u sigur għall-kura.

Huwa tkellem ukoll fuq il-pillola kontraċettiva u appella li dawk l-ispiżeriji li mhux qed ibiegħu din il-pillola abbażi ta’ kuxjenza biex ma jikkompromettux l-aċċessibilità tagħha.

Muižnieks laqa’ it-traspożizzjoni tal-liġijiet tal-konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-vjolenza domestika.

Finalment huwa appella lill-awtoritajiet biex iwettqu investigazzjoni estensiva fuq il-qtil brutali tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.

More in Politika