Kompla jinstema l-każ tar-raġel li qed jiġi akkużat li f’Mejju li għadda għedded b'kummenti fuq il-profil ta’ Facebook tal-Membru Parlamentari Marlene Farrugia.
L-avukat tal-familja Farrugia qal li dawn l-attakki ma jistgħux jitħallew għaddejjin filwaqt li qal li l-familja Farrugia huma lesti li jaħfru l-akkużat. Madankollu l-avukat sostna li hemm bżonn jintbgħat l-messaġġ li theddid ta' kull xorta mhux aċċettabli.
Minn naħa l-oħra, l-avukat difensur, qal ilu jaf Baldacchino bħala bniedem tal-affari tiegħu. L-avukat qal li l-kumment tiegħu “qed tħaffer qabrek” użaha biss bħala metafora.
Il-Maġistrat irrimarkat li l-kummenti banali fuq il-media soċjali qiegħdin jiżdiedu filwaqt li ħegget lil Baldacchinon jkun ta' eżempju għall-oħrajn.
Il-kawża ġiet diferita għas-16 ta’ Jannar.